Jinħaten kull tifel tagħkom ta’ tmint ijiem fil-ġenerazzjonijiet tagħkom, sew jekk ikun imwieled f’darek, sew il-mixtri bil-flus mingħand il-barrani li ma jkunx min-nisel tiegħek. Jinħaten sew dak li jkun imwieled f’darek, sew dak li jkun mixtri bi flusek. U l-patt tiegħi jkun minqux f’laħamkom b’patt għal dejjem.