1
ĠENESI 21:1
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U l-Mulej żar lil Sara bħalma kien qalilha, u għamel magħha dak li kien wegħedha.
Compare
Explore ĠENESI 21:1
2
ĠENESI 21:17-18
U Alla sama’ leħen it-tifel, u l-anġlu ta’ Alla sejjaħ lil Ħagar mis-sema, u qalilha: “X’għandek Ħagar? La tibżax. Alla sama’ leħen it-tifel, minn fejn hu qiegħed. Qum. Aqbad it-tifel, u agħmel il-qalb bih, għax jien sa nagħmlu ġens kbir.”
Explore ĠENESI 21:17-18
3
ĠENESI 21:2
U Sara tqalet u wildet iben lil Abraham fi xjuħitu, fiż-żmien li kien qallu Alla.
Explore ĠENESI 21:2
4
ĠENESI 21:6
U Sara qalet: “Ġiebli t-tbissima Alla; kull min jisma’ jitbissimli.”
Explore ĠENESI 21:6
5
ĠENESI 21:12
U Alla qal lil Abraham: “La tinkwetax għaż-żagħżugħ u għall-qaddejja; kulma qaltlek Sara, isma’ minn kliemha, għax b’Iżakk jissemma nislek.
Explore ĠENESI 21:12
6
ĠENESI 21:13
U bin il-qaddejja wkoll, nagħmel minnu ġens, għax hu nislek.”
Explore ĠENESI 21:13
Home
Bible
Plans
Videos