1
ĠENESI 37:5
Il-Bibbja
MB20
U Ġużeppi ħolom ħolma u qalha lil ħutu, u dawn aktar bagħduh.
Compare
Explore ĠENESI 37:5
2
ĠENESI 37:3
Iżrael kien iħobb ’il Ġużeppi aktar minn ħutu kollha, għax kien twelidlu fi xjuħitu; u għamillu libsa twila bil-kmiem.
Explore ĠENESI 37:3
3
ĠENESI 37:4
U ħutu ntebħu li missierhom kien iħobbu aktar minn ħutu kollha; u saru jobogħduh u ma kellhomx ħila jkellmuh bis-sliem.
Explore ĠENESI 37:4
4
ĠENESI 37:9
U raġa’ ħolom ħolma oħra u qalha lil ħutu u qalilhom: “Erġajt ħlomt ħolma: ix-xemx u l-qamar u ħdax-il kewkba nxteħtu fl-art quddiemi.”
Explore ĠENESI 37:9
5
ĠENESI 37:11
Ħutu komplew jgħiru għalih, imma missieru żamm f’moħħu dan il-kliem.
Explore ĠENESI 37:11
6
ĠENESI 37:6-7
U qalilhom: “Isimgħu din il-ħolma li ħlomt. Konna qegħdin norbtu l-qatet f’nofs l-għalqa, u, araw, il-qatta tiegħi tqum u baqgħet wieqfa, waqt li daru magħha l-qatet tagħkom u nxteħtu fl-art quddiemha.”
Explore ĠENESI 37:6-7
7
ĠENESI 37:20
Issa ejjew ħa noqtluh u nixħtuh ġo xi bir, u mbagħad ngħidu li xi bhima selvaġġa kilitu, u naraw x’jiswielu l-ħolm tiegħu.”
Explore ĠENESI 37:20
8
ĠENESI 37:28
U għaddew xi neguzjanti Midjanin, u ġibdu lil Ġużeppi u tellgħuh mill-bir, u biegħu lil Ġużeppi lill-Ismagħelin b’għoxrin biċċa tal-fidda; u ’l Ġużeppi ħaduh l-Eġittu.
Explore ĠENESI 37:28
9
ĠENESI 37:19
U bdew jgħidu lil xulxin: “Arah, ġej il-ħalliem!
Explore ĠENESI 37:19
10
ĠENESI 37:18
U huma rawh mill-bogħod u sakemm wasal ħdejhom ftiehmu kif joqtluh.
Explore ĠENESI 37:18
11
ĠENESI 37:22
U żied jgħidilhom Ruben: “La xxerrdux demm. Ixħtuh f’dan il-bir li hawn fid-deżert, u la tmiddux idejkom fuqu.” Dan għamlu biex jeħilsu minn idejhom, u jroddu lil missieru.
Explore ĠENESI 37:22