1
LUQA 14:26
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
“Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu.
Compare
Explore LUQA 14:26
2
LUQA 14:27
Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
Explore LUQA 14:27
3
LUQA 14:11
Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.”
Explore LUQA 14:11
4
LUQA 14:33
Hekk ukoll ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu.
Explore LUQA 14:33
5
LUQA 14:28-30
“Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid, ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sal-aħħar.’
Explore LUQA 14:28-30
6
LUQA 14:13-14
Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja!”
Explore LUQA 14:13-14
7
LUQA 14:34-35
“Tajjeb, iva, il-melħ, imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma tiegħu? U la għall-art ma jkun jiswa, u lanqas għad-demel; jarmuh barra. Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”
Explore LUQA 14:34-35
Home
Bible
Plans
Videos