YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 2:11-12

EŻODU 2:11-12 MB20

Darba waħda Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu u ra x-xogħol iebes tagħhom, u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed mill-Għebrej ħutu. Dar u ħares madwaru, ra li ma kien hemm ħadd, qatel l-Eġizzjan, u difnu fir-ramel.