ĠENESI 23
23
Kapitlu 23
Il-mewt u d-difna ta’ Sara
1U Sara laħqet l-għomor ta’ mija u sebgħa u għoxrin sena. Dawn kienu s-snin ta’ ħajjet Sara. 2U mietet Sara f’Kirjat-arba, li hi Ħebron, fl-art ta’ Kangħan. Abraham daħal jagħmel il-vistu għal Sara u jibkiha. 3Imbagħad Abraham qam minn quddiem il-mejta, u mar ikellem lil ulied Ħet#23,3: Ulied Ħet: il-Ħittin, poplu aktarx ġej mill-Asja Minuri. u qalilhom: 4“Jien qiegħed ngħix magħkom, ta’ barrani u frustier. Agħtuni li jkolli qabar magħkom, u nidfen il-mejta tiegħi minn quddiemi.”#Ġen 33,19; Atti 7,16; Lhud 11,9. 5U wlied Ħet wieġbu lil Abraham u qalulu: 6“Ismagħna, sidi, int prinċep minn Alla fostna. Fl-aħjar tal-oqbra tagħna idfen il-mejta tiegħek. Ħadd minna ma hu se jiċħadlek li tidfen il-mejta tiegħek f’qabru.”
7Imma Abraham qam, inxteħet wiċċu fl-art quddiem in-nies tal-pajjiż, quddiem ulied Ħet. 8U kellimhom u qalilhom: “Jekk intom tixtiequ minn qalbkom li tidfnu l-mejta tiegħi minn quddiemi, isimgħuni, u idħlu għalija quddiem Għefron bin Soħar, 9ħa jagħtini l-għar tiegħu fl-għalqa tiegħu ta’ Makfela. Jagħtihieli b’kemm tiswa flus hawn quddiemkom, biex tkun tiegħi u nagħmel qabar.” 10U Għefron kien qiegħed f’nofs ulied Ħet. Wieġeb Għefron il-Ħitti lil Abraham li jisimgħuh il-Ħittin, li kienu deħlin mill-bieb#23,10: Deħlin mill-Bieb: il-misraħ quddiem il-bieb ewlieni tal-belt imdawra bil-ħitan kien il-post fejn jiltaqgħu l-anzjani u l-poplu biex jittrattaw kustjonijiet ta’ interess komuni. ta’ beltu, u qallu: 11“Le, Sidi, ismagħni. L-għalqa nagħtihielek, u l-għar li hemm fiha nagħtihulek ukoll, nagħtihielek taħt għajnejn il-poplu tiegħi, u idfen il-mejta tiegħek.”
12U Abraham inxteħet wiċċu fl-art quddiem in-nies tal-pajjiż, 13u kellem lil Għefron li jisimgħuh in-nies tal-pajjiż u qallu: “Li kont tismagħni int ukoll! Jien lest inħallas il-flus tal-għalqa. Ħudhom mingħandi, u jien nidfen il-mejta tiegħi fiha.” 14U Għefron wieġeb lil Abraham u qallu: 15“Ismagħni, Sidi, l-art tiswa erba’ mitt xekel tal-fidda; x’inhi din is-somma bejni u bejnek? Mur idfen il-mejta tiegħek.”
16U Abraham sama’ minn Għefron; u wiżen Abraham lil Għefron il-fidda li kien qallu hekk li jisimgħuh ulied Ħet; erba’ mitt xekel tal-fidda li jiġru f’idejn in-neguzjanti.#Atti 7,16. 17Hekk l-għalqa ta’ Għefron, li tinsab f’Makfela, biswit Mamri, l-għalqa u l-għar li hemm fiha, u s-siġar kollha li hemm fl-għalqa madwarha kollu,#Ġen 49,29-30. 18għaddiet f’idejn Abraham b’xiri li sar taħt għajnejn ulied Ħet, quddiem dawk kollha li kienu deħlin mill-bieb tal-belt tiegħu.
19Wara dan, imbagħad, Abraham difen lil Sara, martu, fl-għar tal-għalqa ta’ Makfela biswit Mamri, li hi Ħebron, fl-art ta’ Kangħan. 20U għaddiet l-għalqa bl-għar li kien hemm fiha minn idejn ulied Ħet għal idejn Abraham, biex tkun tiegħu bħala post għad-dfin.
Currently Selected:
ĠENESI 23: MB20
Highlight
Share
Copy
![None](/_next/image?url=https%3A%2F%2Fimageproxy.youversionapistaging.com%2F58%2Fhttps%3A%2F%2Fweb-assets.youversion.com%2Fapp-icons%2Fen.png&w=128&q=75)
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

: