YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 25

25
Kapitlu 25
L-aħħar jiem ta’ Abraham
1U Abraham kompla ħa mara oħra, li kien jisimha Ketura.#1 Kron 1,32-33. 2U din wilditlu ’l Żimran, ’il Ġoksan, ’il Medan, ’il Midjan, ’il Isbak, u ’l Suwaħ. 3Ġoksan wiled ’il Seba, u ’l Dedan. Ulied Dedan kienu l-Assurin, il-Letusin, u l-Lewmin.#Is 21,12. 4Ulied Midjan kienu Għefa, Għefer, Ħanok, Abida u Eldagħa. Dawn kollha kienu wlied Ketura.
5Abraham ta ġidu kollu lil Iżakk; 6u lil ulied il-konkubini tiegħu tahom xi rigali, u meta kien għadu ħaj bagħathom ’il bogħod minn ibnu Iżakk lejn il-Lvant, fl-art tal-Lvant.
7U dawn huma s-snin ta’ ħajjet Abraham; għex mija u ħamsa u sebgħin sena. 8U Abraham ħa l-aħħar nifs u miet, wara xjuħija sewwa, xiħ mimli bil-għomor, u nġabar ma’ niesu. 9U difnuh Iżakk u Ismagħel uliedu fl-għar ta’ Makfela, fl-għalqa ta’ Għefron bin Soħar il-Ħitti, li hemm biswit Mamri,#Ġen 23,2-20. 10l-għalqa li kien xtara Abraham mingħand ulied Ħet. Hemm kienu midfuna Abraham u Sara martu.
11U wara l-mewt ta’ Abraham, Alla bierek lil Iżakk ibnu, u Iżakk mar joqgħod f’Bir-laħaj-roj.
Nisel Ismagħel
12U dan hu nisel Ismagħel bin Abraham, li kienet wilditlu Ħagar l-Eġizzjana, il-qaddejja ta’ Sara. 13U dawn huma l-ismijiet ta’ wlied Ismagħel, b’isimhom skont twelidhom: Nebajot, il-kbir; Kedar, Adbel, Mibsam,#1 Kron 1,29-31. #Is 60,7. 14Misma, Duma, Massa, 15Ħadad, Tema, Ġetur, Nafis u Kedma. 16Dawn huma wlied Ismagħel u ismijiethom fl-irħula tagħhom u fl-għerejjex tagħhom, tnax-il prinċep tat-tribujiet tagħhom.#Ġen 17,20. 17U dawn huma s-snin ta’ ħajjet Ismagħel: mija u sebgħa u tletin sena. U ħa l-aħħar nifs u miet, u ngħaqad ma’ niesu.
18U għammru minn Ħawila sa Sur, li tinsab biswit l-Eġittu, fit-triq lejn l-Assirja, u kull wieħed minnhom baqa’ jeħodha kontra ħutu.#Ġen 16,12.
Il-familja ta’ Iżakk
19U dan hu n-nisel ta’ Iżakk bin Abraham. Abraham wiled lil Iżakk. 20U Iżakk kellu erbgħin sena meta ħa b’martu lil Rebekka, bint Betwel l-Arami minn Fiddien-aram, oħt Laban l-Arami.#Ġen 24,60. 21U Iżakk talab lill-Mulej għal martu għax kienet sterili u l-Mulej sama’ talbu, u Rebekka martu tqalet. 22U t-trabi kienu jissaraw bejniethom f’ġufha; u hi qalet: “Jekk inhu hekk, x’se jkun minni?” U marret tistħarreġ lill-Mulej. 23U l-Mulej qalilha:
“Hemm żewġ ġnus f’ġufek,
u żewġ popli jinfirdu minn ġewwinik;
u poplu jegħleb poplu ieħor,
u l-kbir jaqdi liż-żgħir.”#Ġen 27,29; Mal 1,2-5; Rum 9,11-12.
24U ż-żmien għall-ħlas għalqilha, u nstabu żewġ tewmin f’ġufha.#Hos 12,3. 25U twieled l-ewwel wieħed, ħamrani, u kellu bħal mantar tas-suf fuq ġismu kollu, u semmewh Għesaw. 26U wara dan twieled ħuh, b’idu mqabbda ma’ għarqub Għesaw, u semmewh Ġakobb. U Iżakk kellu sittin sena meta tweldulu dawn.#Hos 12,4; Mt 1,2.
Ġakobb u Għesaw
27U t-tfal kibru, u Għesaw kien kaċċatur tas-sengħa, raġel tar-raba’ imma Ġakobb kien raġel kwiet, jgħix fl-għerejjex.#Ġen 27,6-7. 28U Iżakk kien iħobb lil Għesaw, għax il-kaċċa kienet togħġbu, u Rebekka kienet tħobb lil Ġakobb. 29U Ġakobb kien qiegħed isajjar it-tisjir, u Għesaw daħal għajjien mir-raba’. 30U Għesaw qal lil Ġakobb: “Ħallini niekol, jekk jogħġbok, minn dan l-ikel ħamrani għax jien għajjien. (Għalhekk bdew isejħulu Edom#25,30: Edom: jiġifieri aħmar.). 31U Ġakobb qallu: “Begħli llum il-primoġenitura#25,31: Il-primoġenitura: It-tifel il-kbir kellu l-post tal-unur fil-familja u kellu d-dritt għal żewġ ishma mill-wirt ta’ missieru. Ma’ dawn inżidu d-dritt għall-wegħdiet li Alla kien għamel lil Abraham. tiegħek.”#Dt 21,17. 32U Għesaw wieġbu: “Arani, jien se mmut. X’nagħmel biha din il-primoġenitura?” 33U Ġakobb qallu: “Aħlifli issa.” U ħaliflu, u b’hekk biegħ il-primoġenitura lil Ġakobb. 34U Ġakobb ta lil Għesaw ħobż u għads, u dan kiel u xorob, qam u telaq. Il-primoġenitura Għesaw ma stmaha xejn.#Lhud 12,16.

Currently Selected:

ĠENESI 25: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in