ĠWANNI 15
15
Kapitlu 15
Ġesù hu d-dielja vera
1“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. 2Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.#Mt 3,10. 3Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.#Ġw 13,10. 4Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.#Ġw 6,56; Rum 11,17-18; 2 Kor 3,5. 5Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.#Ġw 15,16; 2 Kor 3,5. 6Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.#Mt 3,10; 7,19. 7Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom.#Mk 11,24; Ġw 14,13; 16,23. 8Din hi l-glorja ta’ Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.#Mt 5,16. 9Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. 10Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu.#Ġw 14,15; 1 Ġw 2,5; 5,3.
11“Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.#Ġw 17,13; 1 Ġw 1,4. 12Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.#Ġw 13,34; 1 Ġw 3,11-23; 2 Ġw 5. 13Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.#Ġw 10,11; Rum 5,8; 1 Ġw 3,16. 14Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. 15Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. 16Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kulma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom.#Ġw 6,70; 13,18; 14,13-14; 15,5; 16,23. 17Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.#Ġw 13,34; 1 Ġw 3,11; 2 Ġw 5.
Id-dinja tobgħodkom
18“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.#Mt 10,22; 24,9; Mk 13,13; Lq 6,22; Ġw 7,7; 17,14; 1 Ġw 3,13. 19Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.#Ġw 17,14; 1 Ġw 4,5. 20Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll.#Mt 10,24; Lq 6,40; Ġw 13,16. 21Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.#Mt 5,11; Ġw 16,3. 22Kieku ma ġejtx u ma kellimthomx, ma kienx ikollhom ħtija; imma issa ma għandhomx skuża ta’ dnubhom.#Ġw 9,41. 23Min jobgħod lili, jobgħod ukoll lil Missieri.#Lq 10,16; Ġw 5,23; 1 Ġw 2,23. 24Kieku ma għamiltx quddiemhom l-opri li ħadd qatt ma għamel, ma kienx ikollhom ħtija iżda issa raw b’għajnejhom u baqgħu jobogħdu sew lili u sew lil Missieri.#Ġw 9,41; 14,11. 25Imma dan ġara biex isseħħ il-kelma li hemm fil-Liġi tagħhom, ‘Fuq xejn bagħduni.’#S 35,19; 69,5.
26“Meta jiġi d-Difensur#15,26: Difensur: ara nota 14,16., li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.#Ġw 14,26. 27U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.#Lq 1,2; Atti 1,21-22; 5,32; 1 Ġw 4,14.
Currently Selected:
ĠWANNI 15: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

: