ĠENESI 5
5
Kapitlu 5
In-nisel ta’ Adam
1Dan hu ktieb in-nisel ta’ Adam. Meta ħalaq Alla l-bniedem, fi xbieha ta’ Alla għamlu;#1 Kron 1,1-4; Lq 3,36-38. #Ġen 1,27; Għerf 2,23; Ġak 3,9. 2raġel u mara ħalaqhom. U berikhom u semmiehom bnedmin nhar il-ħolqien tagħhom.
3U Adam kellu mija u tletin sena meta wiled iben fis-sura u x-xbieha tiegħu, u semmieh Set.#Ġen 4,25. 4U wara li wiled lil Set, Adam għex tmien mitt sena oħra#5,4: Adam għex tmien mitt sena oħra: dan l-għadd ta’ snin għandu valur simboliku: bħalhom insibu f’għadd ħafna akbar fil-kitba tal-Mesopotamja., u wiled subien u bniet. 5U kienu l-jiem kollha li għex Adam disa’ mija u tletin sena; u mbagħad miet.
6U Set kellu mija u ħames snin meta wiled lil Enos. 7U wara li wiled lil Enos, Set għex tmien mija u seba’ snin oħra, u wiled subien u bniet. 8U kienu l-jiem kollha li għex Set disa’ mija u tnax-il sena; u mbagħad miet.
9U Enos kellu disgħin sena meta wiled lil Kenan. 10U wara li wiled lil Kenan, Enos għex tmien mija u ħmistax-il sena oħra, u wiled subien u bniet. 11U kienu l-jiem kollha li għex Enos disa’ mija u ħames snin; u mbagħad miet.
12U Kenan kellu sebgħin sena meta wiled lil Maħalel. 13U wara li wiled lil Maħalel, Kenan għex tmien mija u erbgħin sena oħra, u wiled subien u bniet. 14U kienu l-jiem kollha li għex Kenan disa’ mija u għaxar snin; u mbagħad miet.
15U Maħlalel kellu ħamsa u sittin sena meta wiled lil Ġared. 16U wara li wiled lil Ġared, Maħlalel għex tmien mija u tletin oħra, u wiled subien u bniet. 17U kienu l-jiem kollha li għex Maħlalel tmien mija u ħamsa u disgħin sena; u mbagħad miet.
18U Ġared kellu mija u tnejn u sittin sena meta wiled lil Ħenok. 19U wara li wiled lil Ħenok, għex tmien mitt sena oħra, u wiled subien u bniet. 20U kienu l-jiem kollha li għex Ġared disa’ mija u tnejn u sittin sena; u mbagħad miet.
21U Ħenok kellu ħamsa u sittin sena meta wiled lil Matusala. 22U Ħenok kien jimxi ma’ Alla. U wara li wiled lil Matusala għex tliet mitt sena oħra, u wiled subien u bniet. 23U kienu l-jiem kollha li għex Ħenok tliet mija u ħamsa u sittin sena. 24U Ħenok kien jimxi sewwa ma’ Alla; u ma deherx aktar, għax ħadu Alla.#Sir 44,16; 49,14; Lhud 11,5.
25U Matusala kellu mija u sebgħa u tmenin sena meta wiled lil Lamek. 26U għex Matusala wara li wiled lil Lamek seba’ mija u tnejn u tmenin sena, u wiled subien u bniet. 27U kienu l-jiem kollha li għex Matusala disa’ mija u disgħa u sittin sena; u mbagħad miet.
28U Lamek kellu mija u tnejn u tmenin sena meta wiled iben. 29U semmieh Noè għax qal: “Dan għad iserraħna mit-taħbit tagħna u mix-xogħol iebes ta’ idejna minħabba l-art misħuta mill-Mulej.”#Ġen 3,17-19. 30U wara li wiled lil Noè għex ħames mija u ħamsa u disgħin sena oħra, u wiled subien u bniet. 31U kienu l-jiem kollha li għex Lamek seba’ mija sebgħa u sebgħin sena u mbagħad miet.
32U Noè kellu ħames mitt sena u wiled lil Sem, lil Ħam u lil Ġafet.#Ġen 6,10; 10,1.
Dewis Presennol:
ĠENESI 5: MB20
Uwcholeuo
Rhanna
Copi
Eisiau i'th uchafbwyntiau gael eu cadw ar draws dy holl ddyfeisiau? Cofrestra neu mewngofnoda
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

: