Logo YouVersion
Eicon Chwilio

ĠENESI 6

6
Kapitlu 6
Il-ħażen jikber fuq l-art
1U ġara li meta l-bnedmin bdew joktru fuq l-art u tweldulhom il-bniet, 2raw ulied Alla#6,2: Ulied Alla: jew ulied l-allat: jiġifieri ħlejjaq ogħla mill-bniedem; idea meħuda mill-mitoloġija qadima. L-awtur irid ifisser esseri divini biex juri kemm kiber u kotor id-dnub. Jista’ jkun li l-awtur qiegħed jinqeda b’rakkont mitoloġiku biex jikkundanna l-idolatrija jew inkella ż-żwiġijiet bejn l-Iżraelin u l-Kangħanin. li l-bniet tal-bnedmin kienu ħelwin, u ’l dawk li għoġbuhom ħaduhom b’nisa tagħhom.#Mt 24,38; Lq 17,26-27.
3U l-Mulej qal: “Ma tibqax ruħi aktar fil-bniedem għal dejjem, għax, laħam hu; u jkunu jiemu ta’ mija u għoxrin sena.”#Ġen 2,7; Sir 17,2.
4Kien hemm il-ġganti#6,4: Kien hemm il-ġganti: l-Iżraelin kellhom l-idea li ħafna żmien qabel daħlu huma f’Kangħan, kien hemm nies twal u b’saħħithom, in-Nefilim, nies ribelli kontra Alla. dak iż-żmien - u wara wkoll - meta wlied Alla resqu lejn il-bniet tal-bnedmin, u huma wildulhom. Dawk kienu n-nies kbar imsemmija sa mill-qedem.#Num 13,33; Bar 3,26. 5U l-Mulej ra li l-ħażen tal-bniedem kien kiber fuq l-art; u f’qalbu ma kienx għajr li jfassal il-ħażen il-jum kollu.#Bar 3,26-27; Mt 24,37-38; 1 Pt 3,20-21. #S 14,2-3. 6U l-Mulej sogħob bih li kien għamel il-bniedem fl-art; u sewwed qalbu.#1 Sam 15,11; Ġer 18,10; 26,3. 7U l-Mulej qal: “Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt, mill-bniedem sal-bhejjem, mill-ħlejjaq li jitkaxkru fl-art sat-tjur tal-ajru, għax jien sogħbien li għamilthom.”
8U Noè sab ħniena quddiem il-Mulej.#Lhud 11,7.
Id-dilluvju
9Dan hu n-nisel ta’ Noè. Noè kien bniedem ġust u kien perfett fost in-nies ta’ żmienu; kien jimxi sewwa ma’ Alla.#Għerf 10,4; Sir 44,17. 10Lil Noè tweldulu: Sem, Ħam u Ġafet. 11U l-art tħassret#6,11: U l-art tħassret: Ir-rakkont tad-dilluvju hu minsuġ minn żewġ tradizzjonijiet diversi; għalhekk insibu fih xi versi duplikati ma jaqblux ma’ xulxin, inkonsistenzi li l-awtur/kompilatur ma tax kashom. Iż-żewġ tradizzjonijiet ġejjin mill-istess waħda mnissla mijiet ta’ snin qabel fil-Babilonja, li ħadet forom diversi matul iż-żmien. Il-ħsieb tal-aħħar awtur kien li jagħti interpretazzjoni morali, bla ma qagħad iħabbel rasu bl-inkonsistenzi ta’ bejn iż-żewġ tradizzjonijiet skont il-metodi letterarji ta’ żmienu. quddiem Alla u mtliet bil-vjolenza.#Ġob 22,15-17. 12U Alla ħares lejn l-art, u ra li kienet imħassra, għax kull ħliqa ħajja kienet għawġet triqtha fuq l-art.#S 14,2.
13U l-Mulej qal lil Noè: “Għalija tmiem il-ħajjin kollha wasal, għax imtliet bil-vjolenza l-art kollha minħabba fihom. Hawn jien se neqridhom minn wiċċ l-art.#Sir 40,8-10; Mt 24,37-39. 14Agħmel għalik arka mill-injam taċ-ċipress; qassamha fi kmamar u idlikha minn barra u minn ġewwa bil-qatran. 15U tagħmilha hekk: tliet mitt driegħ tul, ħamsin driegħ wisa’ u tletin driegħ għoli. 16L-arka agħmlilha saqaf u kompliha driegħ ’il fuq. Il-bieb tal-arka tqiegħdu fil-ġenb. Tagħmilha wkoll bi tliet gverti: t’isfel, tan-nofs u t-tielet ta’ fuq. 17Għax arani, jiena se nibgħat dilluvju ilma fuq l-art biex neqred kull ħliqa li fiha nifs il-ħajja taħt is-smewwiet u kulma jinsab fl-art jinqered.#Ġen 7,4; 2 Pt 2,5. 18U jien nagħmel patt miegħek: int tidħol fl-arka, int u wliedek, martek u n-nisa ta’ wliedek miegħek.#Ġen 9,8-9; Għerf 14,6; Lhud 11,7; 1 Pt 3,20. 19Mill-ħlejjaq ħajjin kollha, minn kull xorta ta’ annimali, tnejn minn kull xorta, iddaħħal fl-arka biex jibqgħu jgħixu miegħek, u jkunu raġel u mara. 20Jidħlu wkoll miegħek minn kull xorta ta’ għasafar skont ġenshom, bil-bhejjem skont ġenshom, mill-annimali li jitkaxkru fl-art skont ġenshom, tnejn minn kull xorta jidħlu biex jgħixu miegħek. 21U inti tieħu miegħek minn kull xorta ta’ ikel, li jista’ jittiekel, u aħżnu miegħek, u jkun l-għajxien tiegħek u tagħhom.”
22U hekk għamel Noè, għamel kulma ordnalu Alla.

Dewis Presennol:

ĠENESI 6: MB20

Uwcholeuo

Rhanna

Copi

None

Eisiau i'th uchafbwyntiau gael eu cadw ar draws dy holl ddyfeisiau? Cofrestra neu mewngofnoda