1
ĠENESI 3:6
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb id-dehen; u ħadet mill-frott u kielet. Imbagħad tat ukoll lil żewġha, li kien magħha, u kiel.
Bandingkan
Selidiki ĠENESI 3:6
2
ĠENESI 3:1
U s-serp kien l-aktar wieħed li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: ‘La tiklux mis-siġar kollha tal-ġnien’?”
Selidiki ĠENESI 3:1
3
ĠENESI 3:15
U jien inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jagħmel għal rasek u int tagħmel għal għarqubu.”
Selidiki ĠENESI 3:15
4
ĠENESI 3:16
U lill-mara qalilha: “Inkattarlek sewwa wġigħ it-tqala tiegħek, u bl-uġigħ tiled it-tfal; lejn żewġek tiġbdek xewqtek, u jaħkem fuqek hu.”
Selidiki ĠENESI 3:16
5
ĠENESI 3:19
Bl-għaraq ta’ ġbinek tiekol ħobżok, sakemm terġa’ lura lejn l-art, għax minnha int meħud. Għax trab int, u fit-trab terġa’ tmur.”
Selidiki ĠENESI 3:19
6
ĠENESI 3:17
U lil Adam qallu: “Talli inti smajt minn kelmet martek, u kilt mis-siġra li ordnajtlek ma tikolx minnha u għedtlek: ‘La tikolx minnha,’ misħuta l-art minħabba fik; bit-taħbit tiekol minnha, il-jiem kollha ta’ ħajtek.
Selidiki ĠENESI 3:17
7
ĠENESI 3:11
“Min qallek li int għeri? Jaqaw kilt mis-siġra li jien ordnajtlek li ma tikolx minnha?”
Selidiki ĠENESI 3:11
8
ĠENESI 3:24
U ħareġ lill-bniedem, u qiegħed il-kerubini n-naħa tal-Lvant tal-ġnien tal-Għeden, u s-sejf tan-nar iżiġġ, biex iħarsu t-triq għas-siġra tal-ħajja.
Selidiki ĠENESI 3:24
9
ĠENESI 3:20
U Adam semma lil martu Eva għax hi kienet omm il-ħajjin kollha.
Selidiki ĠENESI 3:20
Halaman Utama
Alkitab
Pelan
Video