1
EŻODU 2:24-25
Il-Bibbja
MB20
U Alla sama’ l-krib tagħhom u ftakar fil-patt tiegħu ma’ Abraham, ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb. Alla xeħet ħarstu fuq ulied Iżrael u ra f’liema stat kienu.
Compare
Explore EŻODU 2:24-25
2
EŻODU 2:23
Għadda ż-żmien u miet is-sultan tal-Eġittu; u wlied Iżrael bdew jitniehdu taħt il-jasar u jgħajtu. L-għajjat tagħhom mill-jasar wasal sa għand Alla.
Explore EŻODU 2:23
3
EŻODU 2:10
Meta t-tifel kiber, ħaditu għand bint il-Fargħun, li kienet tqisu tagħha, u semmietu Mosè, “għax,” qalet, “salvajtu mill-ilma.”
Explore EŻODU 2:10
4
EŻODU 2:9
U qaltilha bint il-Fargħun: “Ħu ’l din it-tarbija u reddagħhieli, u jiena nħallsek kemm ikun ħaqqek.” U l-mara ħadet it-tarbija u reddgħetha.
Explore EŻODU 2:9
5
EŻODU 2:5
Niżlet bint il-Fargħun biex tgħum fin-Nil, waqt li l-qaddejja tagħha kienu jitlajjaw fuq xatt ix-xmara. Hi lemħet il-qoffa f’nofs is-simar, u bagħtet qaddejja ġġibhielha.
Explore EŻODU 2:5
6
EŻODU 2:11-12
Darba waħda Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu u ra x-xogħol iebes tagħhom, u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed mill-Għebrej ħutu. Dar u ħares madwaru, ra li ma kien hemm ħadd, qatel l-Eġizzjan, u difnu fir-ramel.
Explore EŻODU 2:11-12