Hawn issa, arani, se nibgħat għada bħalissa xita ta’ silġ bil-qliel, li bħalha qatt ma kien hawn fl-Eġittu minn mindu twaqqaf sal-lum. Għalhekk issa ibgħat u iġbor għall-kenn l-imrieħel u kulma għandek fir-raba’, għax ix-xita tas-silġ se tilħaq lil kull bniedem u bhima li jkunu barra fir-raba’ u ma jinġabrux id-dar, u jmutu.’ ”