1
ĠENESI 50:20
Il-Bibbja
MB20
Jekk intom ġibtuli fuqi d-deni, Alla bidlu fil-ġid, biex iżomm ħajja kotra ta’ ġnus, bħalma huma llum.
Compare
Explore ĠENESI 50:20
2
ĠENESI 50:19
U Ġużeppi qalilhom: “La tibżgħux, jaqaw jien flok Alla?
Explore ĠENESI 50:19
3
ĠENESI 50:21
U issa la tibżgħux. Jien nagħtikom tieklu, lilkom u lit-tfal tagħkom.” Hekk farraġhom, u serrħilhom moħħhom u laqtilhom qalbhom.
Explore ĠENESI 50:21
4
ĠENESI 50:17
‘Dan għidu lil Ġużeppi: Iddew aħfer id-dnub ta’ ħutek u ħtijiethom, għax ħsara għamlulek.’ U issa, nitolbuk, aħfer id-dnub tal-qaddejja ta’ Alla ta’ missierek.” U Ġużeppi beka huma u jkellmuh.
Explore ĠENESI 50:17
5
ĠENESI 50:24
U Ġużeppi qal lil ħutu: “Jiena se mmut, u Alla għad iżurkom żgur u jtellagħkom minn din l-art lejn l-art li ħalef lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb.”
Explore ĠENESI 50:24
6
ĠENESI 50:25
Imbagħad Ġużeppi ġagħal lil ulied Iżrael jaħilfu u qalilhom: “Iva, Alla għad iżurkom żgur u intom ittellgħu għadmi minn hawn.”
Explore ĠENESI 50:25
7
ĠENESI 50:26
U Ġużeppi miet ta’ mija u għaxar snin; ibbalzmawh u qegħduh f’tebut l-Eġittu.
Explore ĠENESI 50:26