EŻODU 1
1
Kapitlu 1
Ulied Iżrael fl-Eġittu
1Dawn huma l-ismijiet ta’ wlied Iżrael#1,1: Ulied Iżrael: din l-espressjoni tista’ tfisser ulied Ġakobb, imsejjaħ ukoll Iżrael, fis-sens strett tal-kelma, jew id-dixxendenti kollha tiegħu. li ġew l-Eġittu ma’ Ġakobb, kull wieħed bil-familja tiegħu:#Ġen 46,1-27; Num 26,4-50. 2Ruben, Simgħon, Levi u Ġuda; 3Issakar, Żebulun u Benjamin; 4Dan u Naftali, Gad u Aser. 5Dawk kollha li tnisslu minn Ġakobb kienu sebgħin ruħ.#Atti 7,14-18. #Dt 10,22. 6Ġużeppi kien diġà l-Eġittu. Ġużeppi u ħutu kollha u dik il-ġenerazzjoni kollha mietu. 7Imma wlied Iżrael nisslu, żdiedu u kotru, u saru qawwija ħafna u l-art imtliet bihom.#S 105,24.
8U laħaq sultan ġdid fl-Eġittu, li ma kienx jaf lil Ġużeppi,#Atti 7,18-19. 9u qal lill-poplu tiegħu: “Araw, il-poplu ta’ wlied Iżrael kiber ħafna u sar aqwa minna. 10Ejjew nimxu bil-għaqal miegħu, li ma jikbirx aktar u tqum xi gwerra, jingħaqad mal-għedewwa tagħna, jaħbat għalina, u jitlaq ’il barra mill-pajjiż.”#S 105,25; Atti 7,19. 11U għamlu mgħallmin tax-xogħol fuqhom, biex jgħakksuhom b’xogħol iebes. U hekk lill-Fargħun bnewlu l-ibliet tal-imħażen: Pitom u Ragħmses.#Ġen 47,11; Dt 26,6. 12Imma aktar ma kienu jgħakksuhom, aktar kienu joktru u jixterdu; u l-Eġizzjani bdew jitbeżżgħu minn ulied Iżrael; 13u ġiegħlu lil ulied Iżrael jaħdmu iebes. 14Imlewlhom ħajjithom bl-imrar u bix-xogħol iebes fit-tafal u l-madum, u bix-xogħol fir-raba’; f’kull xogħol li kienu jqabbduhom, kienu jħaddmuhom bl-aħrax.#Dt 11,10.
L-ordni tal-Fargħun lill-qwiebel
15Is-sultan tal-Eġittu sejjaħ lill-qwiebel Għebrej, waħda jisimha Sifra u l-oħra Pugħa, u qalilhom: 16“Meta twelldu lin-nisa Għebrej, ħarsu u araw xi tkun it-tarbija; jekk ikun tifel oqtluh, jekk tkun tifla ħalluha tgħix.” 17Il-qwiebel beżgħu minn Alla, u ma għamlux kif qalilhom is-sultan tal-Eġittu, imma ħallew is-subien ħajjin. 18Għalhekk is-sultan tal-Eġittu sejjaħ lill-qwiebel u staqsiehom: “Għala għamiltu hekk, u ħallejtu lis-subien ħajjin?” 19U l-qwiebel wieġbu lill-Fargħun: “In-nisa Għebrej mhumiex bħan-nisa Eġizzjani; billi huma b’saħħithom ikunu ħelsu qabel ma tasal għandhom il-qabla.” 20Għalhekk Alla għamel il-ġid mal-qwiebel. U l-poplu baqa’ joktor u jissaħħaħ ħafna. 21U Alla ta familji lill-qwiebel talli beżgħu minnu.
22Il-Fargħun imbagħad ordna lin-nies kollha tiegħu, u qalilhom: “Ixħtu fix-xmara#1,22: Ix-xmara: ix-xmara l-kbira tan-Nil, li kienet taqsam l-Eġittu min-Nofsinhar sat-Tramuntana u tferra’ fil-Mediterran. Minnha kienet u għadha tiddependi l-ħajja tal-Eġittu. s-subien li jitwieldu u ħallu l-bniet kollha jgħixu.”#Atti 7,19.
Currently Selected:
EŻODU 1: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.