YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 10:21-23

EŻODU 10:21-23 MB20

U l-Mulej qal lil Mosè: “Erfa’ idek lejn is-sema, ħa taqa’ dalma fuq l-Eġittu, dalma li tmissha b’idejk.” U Mosè għolla idu lejn is-sema, u sar dlam ċappa, fl-art kollha tal-Eġittu għal tlitt ijiem. Ma kinux jaraw wieħed lil ieħor, u ħadd ma qam għal tlitt ijiem sħaħ minħabba d-dlam. U fejn kienu joqogħdu wlied Iżrael kien hemm id-dawl.