YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 3

3
Kapitlu 3
Ġesù u Nikodemu
1Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud.#Ġw 7,50; 19,39. 2Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi#3,2: Rabbi: ara nota Mt 26,25., aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu.”#Mt 22,16; Ġw 9,16; Atti 10,38. 3Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid#3,3: Jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid: letteralment: minn fuq., ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.”
4Qallu Nikodemu: “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista’ forsi jerġa’ jidħol f’ġuf ommu u jitwieled?” 5Wieġbu Ġesù: “Tassew tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-Saltna ta’ Alla.#Tit 3,5. 6Dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu. 7La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. 8Ir-riħ fejn irid jonfoħ#3,8: Ir-riħ fejn irid jonfoħ: il-kelma Griega pneuma tfisser riħ jew spirtu (qabbel il-Malti riħ u ruħ): hawn tfisser riħ. Ġesù qiegħed japplika proverbju biex ifisser aħjar l-idea tiegħu; iżda ma nistgħux inwarrbu għalkollox li jrid jifhem ukoll l-Ispirtu ta’ Alla. Eżempji ta’ din l-użanza għandna oħrajn f’dan l-istess Evanġelju; Ġesù juża ħaġa materjali biex ifisser biha ħaġa spiritwali: ara nota 4,10.; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” 9“Kif qatt jista’ jkun dan?” raġa’ qallu Nikodemu. 10U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? 11Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu, u qegħdin nagħtu xhieda ta’ dak li rajna, imma x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex.#Ġw 3,32; 8,26. 12Jekk intom ma temmnux meta nitkellem magħkom fuq il-ħwejjeġ tal-art, kif sejrin temmnu meta nkellimkom fuq il-ħwejjeġ tas-sema?#Għerf 9,16. 13Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem#3,13: Bin il-bniedem: ħafna manuskritti jżidu l-kliem: li hu fis-sema., li niżel mis-sema.#Prov 30,4; Rum 10,6. 14U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,#Num 21,9; Ġw 8,28; 12,34. 15biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.#Ġw 20,31. 16Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.#Ġw 3,36; 10,28; Rum 8,32; 1 Ġw 4,9-10; 5,13. 17Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.#Ġw 5,22-30; 8,15-16; 12,47; Atti 17,31. 18Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.#Ġw 5,24. 19U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin.#Ġw 1,5-9; 8,12; 9,5. 20Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx.#Ef 5,11-13. 21Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f’għemilu.”
Ġesù u Ġwanni l-Battista
22Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed.#Ġw 3,26; 4,1-2. 23Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim#3,23: Kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim: żewġ postijiet fil-wied tal-Ġordan, fejn kienu sewwasew ma nafux., għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. 24Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs.#Mt 4,12; 14,3; Mk 1,14; 6,17; Lq 3,20. 25Ġara mela li d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, 26u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu.”#Ġw 3,22; 4,1-2. 27Ġwanni weġibhom: “Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema.#Ġw 19,11; 1 Kor 4,7. 28Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li ‘jien m’iniex il-Messija,’ imma biss li ‘jien kont mibgħut qablu.’#Mal 3,1; Mt 11,10; Mk 1,2; Ġw 1,20. 29Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib tal-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet.#Mt 9,15; Mk 2,19. 30Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena.”
Dak li hu ġej minn fuq
31“Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd#Ġw 8,23; 1 Ġw 4,5. 32u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha.#Ġw 3,11; 8,26. 33Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità. 34Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta’ Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl. 35Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh.#Mt 11,27; Lq 10,22; Ġw 5,20; 10,17; 13,3; 15,9. 36Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa’ fuqu l-korla ta’ Alla.”#Ġw 3,16; Ef 5,6; 1 Ġw 5,13.

Currently Selected:

ĠWANNI 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in