Logo YouVersion
Eicon Chwilio

Fersiynau’r Beibl

IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA

Maltese

Il-Bibbja bil-Malti

Il-proġett tat-traduzzjoni tal-Bibbja sħiħa mill-ilsna oriġinali - il-Lhudi, l-Aramajk u l-Grieg - beda minn Mons. Prof. Pietru Pawl Saydon. Waħdu u fuq medda ta' tletin sena (1929-1959), qaleb għall-Malti l-Bibbja sħiħa fi traduzzjoni "letterali u letterarja". Minħabba li din it-traduzzjoni ma setgħetx tintuża għall-qari pubbliku fil-liturġija, l-Għaqda Biblika Maltija, b'Mons. Prof. Karm Sant fit-tmun, daħlet għal traduzzjoni ġdida mill-ilsna oriġinali għal Malti iktar mitkellem. Fl-1984 ħarġet l-ewwel edizzjoni f'volum wieħed u t-tieni fl-1996. Fl-2004, l-Għaqda Biblika ħarġet it-tielet edizzjoni, f'format Interkonfessjonali; ir-raba' edizzjoni tal-2011, b'ristampi fl-2013 u fl-2015, imxiet fuq l-ortografija l-ġdida tal-Malti skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti tal-2008. Issa għandna l-ħames edizzjoni (disponibbli ukoll f'format diġitali), b'reviżjoni sħiħa tar-referenzi bibliċi f'qiegħ il-paġna u b'bidliet fit-test innifsu skont l-istudju u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Permanenti għar-Reviżjoni tal-Bibbja bil-Malti fi ħdan l-Għaqda Biblika Maltija.

Għal aktar informazzjoni żur bibbja.mt u facebook.com/MaltaBibleSociety.


Malta Bible Society

MB20 CYHOEDDWR

Dysgu Mwy

Fersiynau Eraill gan Malta Bible Society