1
ĠWANNI 6:35
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx.
Qhathanisa
Hlola ĠWANNI 6:35
2
ĠWANNI 6:63
Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja.
Hlola ĠWANNI 6:63
3
ĠWANNI 6:27
Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu.”
Hlola ĠWANNI 6:27
4
ĠWANNI 6:40
Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.”
Hlola ĠWANNI 6:40
5
ĠWANNI 6:29
Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa bagħat.”
Hlola ĠWANNI 6:29
6
ĠWANNI 6:37
Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra
Hlola ĠWANNI 6:37
7
ĠWANNI 6:68
Wieġbu Xmun Pietru: “Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem
Hlola ĠWANNI 6:68
8
ĠWANNI 6:51
Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.”
Hlola ĠWANNI 6:51
9
ĠWANNI 6:44
Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.
Hlola ĠWANNI 6:44
10
ĠWANNI 6:33
għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”
Hlola ĠWANNI 6:33
11
ĠWANNI 6:48
Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.
Hlola ĠWANNI 6:48
12
ĠWANNI 6:11-12
Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried. Meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iġbru l-loqom li baqa’, biex xejn ma jinħela.”
Hlola ĠWANNI 6:11-12
13
ĠWANNI 6:19-20
Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu. Imma hu qalilhom: “Jiena hu, la tibżgħux.”
Hlola ĠWANNI 6:19-20
Ikhaya
IBhayibheli
Amapulani
Amavidiyo