ĠWANNI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb
Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb
Min hu Ġesù Kristu? Din hi l-mistoqsija li jwieġeb il-kittieb tar-raba’ evanġelju. Permezz ta’ innu użat mill-ewwel insara, il-kittieb isejjaħ lil Ġesù “il-Verb”, jiġifieri, il-Kelma Eterna ta’ Alla li sar bniedem u għex fost il-bnedmin.
Fuq fomm Ġwanni l-Battista jitpoġġa l-kliem li jiddeskrivu l-missjoni tal-Iben ta’ Alla: “Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja” (1,29). Filippu jagħraf lil Ġesù bħala “dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom” (1,45). Natanjel jissiġilla l-identità ta’ Ġesù bil-kliem: “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael” (1,49).
F’dan l-evanġelju, il-mirakli huma “sinjali” li jixhdu li Ġesù hu s-Salvatur, l-Iben ta’ Alla. Huma sinjali wkoll tal-fatt li l-Iben hu xbieha li tidher tal-Missier, u li bħall-Missier ma jieqaf qatt jaħdem biex jagħti l-ħajja lil kull min irid jirċeviha. Pass pass jinbena l-vjaġġ lejn il-mument tal-glorifikazzjoni tal-Messija li jsib il-quċċata tiegħu fuq is-salib.
L-istorja ta’ Ġesù f’dan l-evanġelju titwassal b’mod differenti milli fit-tlieta l-oħra. L-Aħbar it-Tajba toħroġ mill-ħafna diskorsi ta’ Ġesù nnifsu ma’ persuni differenti li jiltaqgħu miegħu u jilqgħuh. Hawn ukoll insibu s-seba’ “jien hu” li Ġesù jgħid dwaru nnifsu, per eżempju: “Jien hu r-ragħaj it-tajjeb”, “Jien hu t-triq, is-sewwa u l-ħajja”, “Jien hu l-qawmien u l-ħajja”.
L-evanġelista jgħid hu stess l-iskop għaliex kiteb. Hu qed isejjaħ lill-insara biex ipoġġu l-fidi sħiħa tagħhom fil-Messija, l-Iben ta’ Alla, li ġie fid-dinja biex jirbaħha. Għalhekk in-nisrani m’għandu qatt jitbeżża’ għax ma’ Kristu għad jirbaħ id-dinja.
Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu (3,16-17).
It-taqsim tal-ktieb
Il-Prologu (1,1-18)
Ġwanni l-Battista u l-ewwel dixxipli ta’ Ġesù (1,19-51)
Il-ħidma pubblika ta’ Ġesù (2,1—12,50)
L-aħħar jiem qrib u f’Ġerusalemm (13,1—19,42)
Il-qawmien mill-mewt u d-dehriet ta’ Ġesù (20,1-31)
Għeluq: dehra oħra fil-Galilija (21,1-25)
Okuqokiwe okwamanje:
ĠWANNI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb: MB20
Qhakambisa
Dlulisela
Kopisha
Ufuna ukuthi okuvelele kwakho kugcinwe kuwo wonke amadivayisi akho? Bhalisa noma ngena ngemvume
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

: