1
EŻODU 6:6
Il-Bibbja
MB20
Għalhekk għid lil ulied Iżrael: ‘Jiena Jaħweh, u jien noħroġkom minn taħt il-madmad tal-Eġittu u neħliskom mill-jasar tagħkom, u nifdikom bis-saħħa ta’ driegħi u nagħmel ħaqq minnhom b’għemejjel kbar.
Compare
Explore EŻODU 6:6
2
EŻODU 6:7
Jien naħtarkom u neħodkom biex tkunu l-poplu tiegħi, u jiena nkun Alla tagħkom, u tkunu tafu li jien Jaħweh, il-Mulej, Alla tagħkom, li ħeliskom minn taħt il-madmad tal-Eġittu.
Explore EŻODU 6:7
3
EŻODU 6:8-9
U nwassalkom fl-art li jien b’idi merfugħa ħlift li nagħtiha lil Abraham, lil Iżakk, lil Ġakobb, u li nagħtiha lilkom biex tirtuha. Jien hu Jaħweh.’ ” U Mosè kellem hekk lil ulied Iżrael u ma semgħux minnu minħabba l-qtigħ il-qalb u l-kefrija tal-jasar.
Explore EŻODU 6:8-9
4
EŻODU 6:1
U l-Mulej wieġeb lil Mosè: “Issa tara x’nagħmel lill-Fargħun, għax bis-saħħa jkollu jibgħathom, u bis-saħħa jkeċċihom ’il barra minn pajjiżu.”
Explore EŻODU 6:1