YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 6

6
Kapitlu 6
1U l-Mulej wieġeb lil Mosè: “Issa tara x’nagħmel lill-Fargħun, għax bis-saħħa jkollu jibgħathom, u bis-saħħa jkeċċihom ’il barra minn pajjiżu.”
2U raġa’ kellem lil Mosè u qallu: “Jiena Jaħweh.#Eż 3,1—4,23. 3Jien dhert lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb bħala El-Xaddaj#6,3: El-Xaddaj: ara Ġen 17,1.. Imma ismi Jaħweh ma għarrafthulhomx.#Ġen 17,1; 35,11. 4Jien għamilt ukoll il-patt tiegħi magħhom, li nagħtihom l-art ta’ Kangħan, l-art fejn kienu jiġġerrew fiha bħala barranin.#Ġen 15,18; 17,7-8. 5U issa wkoll smajt il-krib ta’ wlied Iżrael, miżmuma b’ilsiera mill-Eġizzjani, u ftakart fil-patt tiegħi.#Eż 2,24. 6Għalhekk għid lil ulied Iżrael: ‘Jiena Jaħweh, u jien noħroġkom minn taħt il-madmad tal-Eġittu u neħliskom mill-jasar tagħkom, u nifdikom bis-saħħa ta’ driegħi u nagħmel ħaqq minnhom b’għemejjel kbar.#Atti 13,17. 7Jien naħtarkom u neħodkom biex tkunu l-poplu tiegħi, u jiena nkun Alla tagħkom, u tkunu tafu li jien Jaħweh, il-Mulej, Alla tagħkom, li ħeliskom minn taħt il-madmad tal-Eġittu.#Lev 26,12. 8U nwassalkom fl-art li jien b’idi merfugħa ħlift li nagħtiha lil Abraham, lil Iżakk, lil Ġakobb, u li nagħtiha lilkom biex tirtuha. Jien hu Jaħweh.’ ”#Ġen 15; 24,7. 9U Mosè kellem hekk lil ulied Iżrael u ma semgħux minnu minħabba l-qtigħ il-qalb u l-kefrija tal-jasar.
10Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: 11“Mur kellem lill-Fargħun, sultan tal-Eġittu, biex iħalli ’l ulied Iżrael jitilqu minn artu.” 12U Mosè tkellem quddiem il-Mulej u qal: “Ara, ulied Iżrael ma semgħux minni, se jisma’ minni l-Fargħun, jien li ma għandix xufftejja maħtuna?”#Eż 6,30. 13U l-Mulej kellem lil Mosè u ’l Aron dwar ulied Iżrael u l-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u ordnalhom biex joħorġu ’l ulied Iżrael mill-art tal-Eġittu.#Eż 4,10.
In-nisel ta’ Iżrael
14Dawn huma l-kapijiet ta’ djar missirijiethom: ulied Ruben, l-iben il-kbir ta’ Iżrael: Ħenok u Pallu, Ħesron u Karmi; dawn huma l-familji ta’ Ruben.#Num 26,5-6; 1 Kron 5,3. 15Ulied Simgħon: Ġamwel u Ġamin u Aħod, u Ġakin u Soħar, u Sawl bin il-Kangħanija. Dawn huma l-familji ta’ Simgħon.#Num 26,12; 1 Kron 4,24. 16U dawn huma l-ismijiet ta’ wlied Levi skont in-nisel tagħhom: Gersum u Keħat u Merari; u Levi għex mija u sebgħa u tletin sena.#Ġen 46,8-11; Num 3,17; 1 Kron 6,1; 23,6. #Num 3,15-20; 26,57-58; 1 Kron 6,1. 17Ulied Gersum: Libni u Semgħi bil-familji tagħhom.#1 Kron 23,7. 18U ulied Keħat: Għamram u Isħar u Ħebron u Għużżijel. Keħat għex mija u tlieta u tletin sena.#Num 3,27; 1 Kron 6,3. 19Ulied Merari: Maħli u Musi. Dawn huma l-familji ta’ Levi skont in-nisel tagħhom.#1 Kron 23,21. 20Għamram iżżewweġ lil Ġokebed, lil oħt missieru, u wilditlu lil Aron u ’l Mosè. Għamram għex mija u sebgħa u tletin sena.#Eż 2,1-2; Num 26,59. 21Ulied Isħar: Koraħ u Nefeg u Żikri. 22Ulied Għużżijel: Misael u Elisafan, u Sitri. 23Aron iżżewweġ lil Elisaba, bint Għamminadab, oħt Naħson, u wilditlu ’l Nadab, ’l Abiħu, ’l Elgħażar, u ’l Itamar.#Rt 4,19-20; 1 Kron 2,10. 24Ulied Koraħ: Assir u Elkana u Abijasaf; dawn huma l-familji tal-Koraħin. 25Elgħażar, bin Aron, iżżewweġ lil waħda mill-bniet ta’ Putijel, u wilditlu ’l Fineħas. Dawn huma l-kapijiet tal-familji ta’ missirijiet il-Leviti, skont il-familji tagħhom.#Num 25,6-13.
26Dawn huma Aron u Mosè li l-Mulej qalilhom: “Oħorġu lil ulied Iżrael mill-art tal-Eġittu bil-qtajja’ tagħhom.” 27Kienu huma li tkellmu quddiem il-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, biex joħorġu lil ulied Iżrael mill-Eġittu: Mosè u Aron.
28Dakinhar li l-Mulej kellem lil Mosè fl-art tal-Eġittu,#Eż 6,2-13. 29il-Mulej qal lil Mosè: “Jiena Jaħweh: għid lill-Fargħun kulma jien se ngħidlek.” 30U Mosè wieġeb quddiem il-Mulej: “Hawn jien, jien m’għandix xufftejja maħtuna, u kif jisma’ minni l-Fargħun?”

Currently Selected:

EŻODU 6: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in