YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 11

11
Kapitlu 11
Tħabbira tal-aħħar kastig
1U l-Mulej qal lil Mosè: “Baqagħli kastig ieħor x’inġib fuq il-Fargħun u l-Eġittu, u wara dan jibgħatkom minn hawn. U meta jħallikom tmorru, ikeċċikom minn hawn għalkollox.#Eż 13,11-16. 2Kellem mela lin-nies u għidilhom biex jitolbu, kull raġel mingħand ħabibu, u kull mara mingħand il-ġara, ħwejjeġ tad-deheb u ħwejjeġ tal-fidda.”#Eż 3,21-22; 12,35-36. 3U l-Mulej għamel li l-poplu jsib l-appoġġ tal-Eġizzjani. U Mosè wkoll kiber ħafna fl-art tal-Eġittu, sew f’għajnejn il-qaddejja tal-Fargħun, sew f’għajnejn il-poplu.#Atti 7,22.
4U Mosè qal: “Dan jgħid il-Mulej: Għal xi nofs il-lejl, illejla jien noħroġ f’nofs l-Eġizzjani,#Eż 12,12. 5u jmut l-iben il-kbir fid-djar tal-Eġizzjani, mill-kbir tal-Fargħun bid-dritt għat-tron sal-kbir tal-ilsira, li ddawwar il-mitħna; u kull ferħ tal-ewwel tal-bhejjem.#Eż 12,29-30. 6U jkun hemm twerżiqa waħda kbira fl-art kollha tal-Eġittu, li bħalha la qatt kien hawn, u anqas ikun hawn. 7U kontra wlied Iżrael lanqas kelb ma jinbaħ, la kontra n-nies u lanqas kontra l-bhejjem; biex tkunu tafu li l-Mulej għamel għażla bejn l-Eġizzjani u bejn ulied Iżrael. 8U dawn il-qaddejja tiegħek kollha jinżlu u jmilu quddiemi u jgħidu: ‘Oħroġ int u l-poplu kollu li jimxi warajk!’ Imbagħad wara dan noħroġ jien.” U Mosè ħareġ b’saħna minn quddiem il-Fargħun.#Eż 12,31-33.
9U l-Mulej qal lil Mosè: “Il-Fargħun ma jagħtikomx widen, biex l-għeġubijiet kbar tiegħi jitkattru fl-Eġittu.”
10U Mosè u Aron għamlu dawn l-għeġubijiet kollha quddiem il-Fargħun. Imma l-Mulej webbes qalb il-Fargħun, u dan ma telaqx lil ulied Iżrael mill-art tiegħu.

Currently Selected:

EŻODU 11: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in