Лого на YouVersion
Икона за пребарување

ĠENESI 3

3
Kapitlu 3
Il-waqgħa tal-bniedem
1U s-serp kien l-aktar wieħed li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: ‘La tiklux mis-siġar kollha tal-ġnien’?”#Għerf 2,24; Ġw 8,44; Rum 5,12-21; Apk 12,9; 20,2. 2U l-mara wieġbet lis-serp: “Mill-frott tas-siġar fil-ġnien nistgħu nieklu. Imma mill-frott li hemm f’nofs il-ġnien, 3Alla qalilna: ‘La tiklux minnu, u lanqas ma għandkom tmissuh, inkella tmutu.’ ”#Ġen 2,17; Rum 6,23. 4U s-serp qal lill-mara: “Le, żgur ma tmutux.#Għerf 2,24; Is 14,14; Ġw 8,44; 2 Kor 11,3. 5Imma Alla jaf li dak in-nhar li tieklu minnu jinfetħu għajnejkom u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.”#Ġen 2,17; 3,22-23. 6U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb id-dehen; u ħadet mill-frott u kielet. Imbagħad tat ukoll lil żewġha, li kien magħha, u kiel.#1 Tim 2,14. 7U nfetħu għajnejhom it-tnejn u ntebħu li kienu għerja, u ħietu weraq tat-tin, u għamlu iħżma. 8U semgħu ħoss il-Mulej Alla jitlajja fil-ġnien għaż-żiffa tal-jum, u nħbew Adam u martu minn wiċċ il-Mulej Alla qalb is-siġar tal-ġnien.#Ġer 23,24.
Il-ġudizzju u l-piena
9U l-Mulej Alla sejjaħ lil Adam u staqsieh: “Fejn int?” 10U dak wieġeb: “Smajt ħossok fil-ġnien u bżajt għax jien għeri, u nħbejt.” U staqsieh: 11“Min qallek li int għeri? Jaqaw kilt mis-siġra li jien ordnajtlek li ma tikolx minnha?” 12U wieġeb Adam: “Il-mara li inti tajtni għal miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.” 13U l-Mulej Alla qal lill-mara: “X’inhu dan li għamilt?” U l-mara wieġbet: “Is-serp qarraq bija, u jien kilt.”#2 Kor 11,3. 14U l-Mulej Alla qal lis-serp:#Mik 7,17.
“Talli għamilt dan, misħut int
fost il-bhejjem kollha
u fost l-annimali selvaġġi.
Għal żaqqek titkaxkar,
u t-trab tal-art tiekol#3,14: U t-trab tal-art tiekol: B’sinjal ta’ telfa umiljanti, bħalma kienu mġiegħla jagħmlu s-slaten mirbuħa f’xi gwerra jew battalja.
il-jiem kollha ta’ ħajtek.
15U jien inqajjem mibegħda#Rum 16,20; Apk 12,9; 20,2.
bejnek u bejn il-mara,
bejn nislek u nisilha,
u hu jagħmel għal rasek
u int tagħmel għal għarqubu.”
16U lill-mara qalilha:#1 Kor 11,3; Ef 5,22-23; 1 Tim 2,12.
“Inkattarlek sewwa wġigħ it-tqala tiegħek,
u bl-uġigħ tiled it-tfal;
lejn żewġek tiġbdek xewqtek,
u jaħkem fuqek hu.”
17U lil Adam qallu:#Ġen 5,29; Rum 5,12; Lhud 6,8.
“Talli inti smajt minn kelmet martek,
u kilt mis-siġra li ordnajtlek
ma tikolx minnha u għedtlek:
‘La tikolx minnha,’
misħuta l-art minħabba fik;
bit-taħbit tiekol minnha,
il-jiem kollha ta’ ħajtek.
18Xewk u għolliq tnibbitlek,
u int tiekol il-ħaxix selvaġġ.
19Bl-għaraq ta’ ġbinek#Ġen 2,7; Ġob 10,9; 34,15; S 90,3; 103,14; Koħ 3,20; 12,7; Għerf 15,8; Sir 10,9; 17,2; 1 Kor 15,21.
tiekol ħobżok,
sakemm terġa’ lura lejn l-art,
għax minnha int meħud.
Għax trab int,
u fit-trab terġa’ tmur.”
20U Adam semma lil martu Eva#3,20: Eva: Mil-Lhudi Ħawa, minn ħaj, ħaġa ħajja. għax hi kienet omm il-ħajjin kollha. 21U l-Mulej Alla għamel lil Adam u ’l martu ħwejjeġ tal-ġild u libbishomlhom.
Il-bniedem imkeċċi mill-Għeden
22U qal il-Mulej Alla: “Ara issa l-bniedem sar bħal wieħed minna, jagħraf it-tajjeb u l-ħażin; u issa xi jkun jekk imur imidd idejh u jieħu wkoll mis-siġra tal-ħajja, u jiekol, u jibqa’ ħaj għal dejjem?”#Apk 2,7; 22,2. 23Għalhekk il-Mulej Alla keċċieh ’il barra mill-ġnien tal-Għeden biex jaħdem l-art li minnha kien ittieħed. 24U ħareġ lill-bniedem, u qiegħed il-kerubini n-naħa tal-Lvant tal-ġnien tal-Għeden, u s-sejf tan-nar iżiġġ, biex iħarsu t-triq għas-siġra tal-ħajja.

Селектирано:

ĠENESI 3: MB20

Нагласи

Сподели

Копирај

None

Дали сакаш да ги зачуваш Нагласувањата на сите твои уреди? Пријави се или најави се