LUQA 14:28-30

LUQA 14:28-30 MB20

“Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid, ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sal-aħħar.’

Funda LUQA 14